EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016E116

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VII - REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET
KAPITOLU 3 - APROSSIMAZZJONI TA' LIĠIJIET
Artikolu 116 (ex Artikolu 96 TKE)

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 95–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/art_116/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/95


Artikolu 116

(ex Artikolu 96 TKE)

Jekk il-Kummissjomi issib li d-differenzi li jeżistu bejn il-liġijiet, regolamenti jew regoli amministrattivi ta’ l-Istati Membri qed twassal għal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni distorti fis-suq intern, u b'hekk iġibu nuqqas ta’ bilanċ li jitlob korrezzjoni, hija għandha tikkonsulta ma’ l-Istati Membri interessati.

Jekk dawk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal ftehim li bih in-nuqqas ta’ bilanċ imsemmi jiġi korrett, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom joħorġu d-direttivi meħtieġa għal dan il-għan. Kwalunkwe miżura utli oħra prevista fit-Trattati tista' tiġi adottata.


Top